Massimiliano Allegri għandu seba’ plejers li jinsabu nieqsa mil-logħob li jmiss ta’ Juventus.

Fost l-iktar injuries fit-tul hemm dawk ta’ Andrea Barzagli, li jirritorna fi Frar, u Juan Cuadrado li riċentament ġie operat fl-irkoppa u jrid jiġi analizzat biex isir magħruf meta jidħol lura. Aktarx jirritorna għal Marzu.

Sadattant mhux serji l-injuries ta’ Rodrigo Bentancur u Douglas Costa, li saħansitra jaf ikunu tajbin għal-logħba tat-Tnejn. Madankollu aktarx ma jitteħidx riskju. Dan filwaqt li Miralem Pjanić ukoll aktarx jilħaq jirkupra iżda xorta waħda hu sospiż għal-logħba kontra Chievo.

Dan waqt li l-attakkant Mario Mandžukić aktarx jirkupra għal kontra Lazio, jiġifieri l-logħba ta’ wara dik tat-Tnejn. Mehdi Benatia, li sofra injury muskolari fil-bidu tax-xahar, mistenni jirkupra fil-jiem li ġejjin għalkemm għadu f’dubju jekk ikunx irkupra għal-logħba kontra Lazio.

Sors: Calciomercato

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280