L-aħħar akkwist ta’ Juventus Blaise Matuidi kien uffiċjalment preżentat bħala plejer ġdid tal-Bianconeri.
Fil-konferenza stampa għal midja, l-internazzjonali Franċiż kien mistoqsi jekk jemminx li dan it-trasferiment sarx tard ħafna minħabba li fl-aħħar swieq tat-trasferimenti, Matuidi dejjem kien jissemma li se jsir plejer ta’ Juventus. Huwa tenna li aħjar naqra tard milli qatt.
“Juventus huwa klabb bi storja kbira u ninsab kuntent li qiegħed hawnhekk. Qatt ma kelli dubji dwar id-deċiżjoni li se nagħmel u ż-żmien żgur li se jtini iktar raġun. L-istaġun l-ieħor? Iva, nammetti li kien hemm spekulazzjonijiet li nista’ nsir plejer ta’ Juventus però għamilt staġun ieħor fi Franza iżda finalment aħjar tard milli qatt u issa uffiċjalment sirt plejer ta’ Juventus.”
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com