Il-finali mitlufa minn Juventus kontra Real Madrid lejn l-aħħar tal-istaġun li għadda tibqa’ mfakkra wkoll għad-diżastru fi Piazza San Carlo, fejn xi ħaġa li s’issa kienet mhix magħrufa wasslet għal pandemonju, 1,526 imweġġa’ u saħansitra tfajla mejta.
Skont il-Prokura ta’ Turin, l-iktar teorija probabbli hi li fil-pjazza kien hemm diversi persuni li l-uniku skop tagħhom kienu li jaħtfu l-basktijiet ta’ dawk preżenti biex jisirqu l-flus, mobiles u oġġetti prezzjużi oħra.
Issa, hekk kif l-inkjesti jkomplu, sar magħruf li aktarx kienet serqa li fiha ntuża wkoll spray li wasslet biex beda kollox.
Sors: Le Iene
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com