Il-FIGC ikkonfermat li l-eks plejer u leġġenda ta’ Juventus Alessandro Del Piero se jkun imdaħħal fil-Hall of Fame Taljana.

Mill-2011 ’il quddiem il-FIGC bdiet torganizza din iċ-ċerimonja fejn 10 ismijiet jiġu mniżżla fil-Hall of Fame. Il-kategoriji jkunu maqsuma hekk: plejer Taljan, plejer barrani li lagħab fis-Serie A, kowċ Taljan, direttur Taljan, referee, veteran Taljan u plejer femminili Taljana.

Alessandro kien protagonist fir-rebħ tat-Tazza tad-Dinja fl-2006 kif ukoll huwa l-aħjar scorer ta’ kull żmien għal Juventus u l-aktar plejer li għamel apparenzi bil-flokk abjad u iswed.

Sors: Tuttosport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280