Massimiliano Allegri ddeċieda li jsejjaħ lil Alex Sandro minkejja li fl-aħħar sigħat dan irrapporta li kien qed iħoss għeja fil-muskoli tiegħu.

Fil-fatt il-kowċ ta’ Juventus iddikjara li se jkun qed janalizza l-kundizzjoni tal-plejer qabel jiddeċiedi jekk dan jilgħabx għada kontra Atalanta jew le.

Madankollu, nieqes mill-ġdid il-Ġermaniż Benedikt Höwedes. Id-difensur irritorna minn injury li żammitu nieqes mill-azzjoni għall-aħħar xhur.

Iżda meta kollox kien lest biex jerġa’ jibda jilgħab, issa dan tħalla barra mil-lista kontra Atalanta wara li hu wkoll irrapporta għeja (affaticamento) fil-muskoli ta’ siequ (adduttori).

Sors: TuttoJuve

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280