Il-President ta’ Juventus FC Andrea Agnelli għamilha ċara li fl-Italja hemmm bżonn l-introduzzjoni tal-B Teams u li se jaħdem biex dan iseħħ.

Waqt li kien qed jitkellem fil-laqgħa għall-azzjonisti, Agnelli ddikjara hekk: “Hemm bżonn enfasi fuq it-tieni skwadri. Fil-Primavera jintlagħab kampjonat tajjeb, imma mhux biżżejjed biex nipproduċu plejers tajbin għall-iskwadra ewlenija.”

Juventus hi l-iktar soċjetà li għandha plejers mislufa lil klabbs oħra minn fost il-klabbs kollha Taljani u Ewropej. Biżżejjed wieħed jinnota li kieku l-B Teams bdew minn dan l-istaġun, Juventus jgħaqqdu żewġ skwadri ta’ livell, iffurmati minn plejers li attwalment huma mislufa jew jilagħbu mal-Primavera:

Leali; Lirola, Caldara, Del Fabro, Rogerio; Rincón, Mandragora; Orsolini, Kastanos, Spinazzola; Kean.

Brignoli; Mattiello, Pol García, Zanandrea, Barlocco; Caligara, Tello; Del Sole, Matheus Pereira, Olivieri; Cerri.

Sors: Tuttomercatoweb

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280