Id-difensur Andrea Barzagli, li matul dan l-istaġun ftit li xejn lagħab, sfortunatament sofra injury f’koxxtu li mistennija żżommu nieqes mill-azzjoni għal madwar xahrejn.

Din l-aħbar mistennija tħalli effett ukoll fuq is-suq tat-trasferimenti, anke jekk għat-titolari Bonucci u Chiellini hemm is-sostituti Benatia u Rugani. Minkejja dan, dawn tal-aħħar ftit li xejn huma meqjusa affidabbli għal Massimiliano Allegri.

Din hi t-tieni injury matul dan l-istaġun għal Andrea Barzagli, li mistenni jirtira fi tmiem dan l-istaġun. F’Settembru hu tilef tliet logħbiet għal injury inqas serja.

Sors: Calciomercato

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280