Bl-eliminazzjoni tal-Italja mit-Tazza tad-Dinja, ta’ Juventus miċ-Champions League, u r-riskju li Juventus ma jirbħux il-kampjonat qed jikber ir-riskju li l-karriera ta’ Gianluigi Buffon tintemm b’diżastru.
It-telfa ta’ Juventus kontra Napoli, sforz żball ta’ Medhi Benatia fl-aħħar minuti tal-logħba, jidher li ħalliet effett fuq l-iskwadra Juventina, b’Il Corriere dello Sport saħansitra jirrapporta dwar argument jaħraq, wiċċ imb’wiċċ, bejn Buffon u Benatia.
Il-ġurnal jgħid li Buffon għolla leħnu mill-ġdid, liema episodju wassal għal konfront animat bejn diversi plejers, speċjalment ma’ Benatia li rrisponda.
Sors: Corriere dello Sport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com






