Il-Pulizija f’Turin irnexxielha tarresta lil bejjiegħ li ilu għall-aħħar snin jarma quddiem l-Allianz Stadium biex ibigħ oġġetti tal-ikel.
Ir-raġel, li kien identifikat biss bl-inizjali D.M.O u li għandu 41 sena, instab fil-pussess ta’ 250 gramma kokaina. Tfittxija li saret fi proprjetà tiegħu wasslet għal sejba ta’ 27 kilogramma droga li tvarja minn kokaina, marijuana, hashish kif ukoll €31,000 fi flus kontanti , €400 fi flus foloz, apparti oġġetti relatati mal-bejgħ u t-traffikar tad-droga.
L-akkużat m’għandu l-ebda rabta ma’ Juventus, anke għaliex dawk li jarmaw quddiem l-Istadium m’għandhomx bżonn permess tas-soċjetà ladarba mhux fi proprjetà tal-klabb.
Sors: La Repubblica di Torino
Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Cagliari, Manchester United, Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt
Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com