Wara li l-gazzetti ħarġu aħbarijiet li Napoli huma viċin tal-akkwisti ta’ Di Maria u Cavani, kif ukoll issemma Benzema, il-President Aurelio De Laurentiis ħareġ jinnega dan.

De Laurentiis stqarr li hu u Ancelotti tkellmu fuq Napoli żagħżugħa, jiġifieri għalih Benzema, Di Maria u Cavani huma kollha plejers xjuħ.

Din l-aħbar ħarġet ukoll ftit wara fejn fl-aħbarijiet qalu li l-propjetarju ta’ Napoli staqsa lil Cavani jnaqqas il-paga biex imur lura ma’ Napoli, kif ukoll wara li ġimgħa ilu kien qal li Ronaldo offra ruħu lil Napoli imma huma m’aċċettawx.

Sadattant, fir-reazzjoni tiegħu, Karim Benzema ttimbra lill-President ta’ Napoli bħala miġnun.

Sors: TuttoMercatoWeb

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280