Il-ġurnalist ta’ La Gazzetta dello Sport, Nicola Binda, iddeskriva l-akkwist tad-difensur internazzjonali Ġermaniż Benedikt Höwedes bħala l-aqwa wieħed li sar minn Juventus.
“Benedikt Höwedes itik il-kwalità li tista’ tonqsok fid-difiża, fid-dawl tan-nuqqas tal-plejers li telqu, l-injury ta’ Chiellini u l-età ta’ Barzagli. Hu l-plejer li kien hemm bżonn, minbarra Matuidi, Bernardeschi u Douglas Costa,” iddikjara Binda.
Kompla li dan l-akkwist kien l-iktar importanti. Għalija Juventus ħarġu iżjed b’saħħithom. Qabel dan l-akkwist kont naħseb li Napoli setgħu jagħtu sfida għall-kampjonat, iżda issa nerġa’ mill-ġdid nemmen li Juventus huma pass ’il quddiem.
Sors: La Gazzetta dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com