Għalkemm Massimiliano Allegri mhux mistenni jibda lil Benedikt Höwedes fil-partita kontra Benevento, il-plejer mistenni jilgħab imqar parti minn din il-logħba.

Fil-fatt, bħala parti minn turnover biex iserraħ lill-plejers titolari, Massimiliano Allegri se jkollu wkoll lid-difensur Ġermaniż wara li rkupra minn sensiela ta’ injuries. Hu lagħab ukoll fil-logħba ta’ ħbiberija kontra Trino iktar kmieni din il-ġimgħa.

Ir-ritorn ta’ Benedikt Höwedes se jkun importanti għall-kowċ Juventin, fid-dawl ta’ sensiela ta’ diffikultajiet fir-repart difensiv ta’ Juventus.

Sors: Massimo Pavan

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280