L-internazzjonali Ġermaniż Benedikt Höwedes sostna li jinsab kuntent ħafna li għamel dan il-pass għaliex fl-opinjoni tiegħu Juventus huma fost l-iktar 5 klabbs kbar fid-dinja.

“L-ewwel emozzjonijiet tiegħi kienu sbieħ ħafna għaliex ninsab kuntent li sirt plejer ta’ Juventus. Fl-opinjoni tiegħi, dan il-klabb huwa fost l-iktar 5 klabbs kbar fid-dinja fejn fl-aħħar snin akkwistaw diversi suċċessi. Nixtieq inwiegħed li se nkun qed nagħti l-100% tiegħi biex inkun ta’ għajnuna għat-tim biex flimkien nakkwistaw aktar suċċessi.”

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280