Ftit qabel il-bidu tal-partita kontra Olympiacos, il-kowċ Juventin Massimiliano Allegri kien sfurzat jagħmel bidla fil-formazzjoni inizjali għaliex Miralem Pjanić sofra injury u postu ħadu Rodrigo Bentancur. Dan tal-aħħar lagħab il-partita kollha u kellu prestazzjoni tajba ħafna.

“Bentancur kellu logħba tajba ħafna. Kien tajjeb speċjalment meta jitlef il-ballun, għax isib postu mill-ewwel biex jirkuprah. Għadu żagħżugħ però qed juri avvanz tajjeb ħafna, għalkemm baqagħlu ħafna x’jitgħallem. Fit-taħriġ żgur li se naħdmu biex jidra jkun aktar dixxiplinat fil-pożizzjoni tiegħu.”

Sors: Sport Mediaset

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com