Waqt kummenti lill-ġurnalist ta’ Striscia La Notizia, aktarx Beppe Marotta ta r-raġuni għaliex il-goalkeeper Gianluigi Buffon se jħalli lil Juventus.

“Jekk Buffon għad għandu aptit jilgħab, mela jmur u jkompli jilgħab, iżda jekk m’għadx għandu aptit jilgħab, allura l-bieb għalih jibqa’ miftuħ għal dejjem,” stqarr Marotta.

Is-sensazzjoni, li tidher li hi kkonfermata minn dawn il-kummenti, hi li Gianluigi Buffon qal lil Juventus li se jirtira qabel l-istaġun li għadu kif intemm, b’Juventus jakkwistaw lil Wojciech Szczęsny bil-wegħda li jieħu postu.

F’konferenza tal-aħbarijiet li ta qabel il-logħba kontra Verona, Gianluigi Buffon ukoll indika dan, meta qal li hu ma jridx jagħmel pressjoni fuq il-klabb.

Sors: Striscia La Notizia

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280