Id-Direttur Ġenerali ta’ Juventus, Beppe Marotta, żvela dettalji ġodda dwar it-trasferiment ta’ Leonardo Bonucci lejn Milan.

“Nafu biżżejjed li d-deċiżjonijiet prinċiparjament jagħmluhom il-plejers, u huma d-destinatarji tal-futur tagħhom. Kien hu li ħa d-deċiżjoni u aħna segwejna, għaliex evidentement Juventus ma żżommx plejers li jkunu jixtiequ jitilqu,” iddikjara Marotta.

Qal li dan ma jfissirx li kien hemm xi relazzjoni ħażina bejn il-klabb u l-plejer u mill-ġdid iddikjara li “trasferiment prinċiparjament iseħħ minħabba l-volontà tal-plejer. Ovvjament imbagħad niltaqgħu mal-plejer, imma nemmen li meta jkun hemm xewqa bħal din, ikun aħjar li l-plejer jitħalla jitlaq.”

Sors: La Domenica Sportiva

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280