Fil-partita tal-lum kontra Pescara, Claudio Marchisio għamel il-250 dehra ma’ Juventus. Marchisio llum kien ukoll il-captain tat-tim.
Il-midfielder Taljan huwa prodott ta’ Juventus, u minn dejjem kien ma’ Juventus, ħlief fl-istaġun 2007/08, fejn kien mar b’self ma’ Empoli.
Id-debutt ta’ Marchisio ma’ Juventus kien fid-19 t’Awwissu 2006, fejn daħal bħala sostitut fit-tielet rawnd tal-Coppa Italia, fejn daħal flok Matteo Paro, bil-logħba tispiċċa b’rebħa ta’ 3-0 kontra Martina.
Sors: Juventus
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com