It-tħabbira li Juventus temmew il-kuntratt ta’ Claudio Marchisio ħasdet diversi partitarji Juventini.

Wara li anke sellem lil sħabu l-plejers, Marchisio talab lid-diriġenza Juventina biex isellem lil partitarji Juventini qabel il-logħba kontra Lazio.

Marchisio prattikament qatta’ l-karriera tiegħu fil-futbol ma’ Juventus fejn ilu minn età żgħira ma’ dan il-klabb u żgur li daħal fil-qlub ta’ kull partitarju Juventin. Issa mistennija l-approvazzjoni tal-klabb għal din ix-xewqa tal-plejer.

Sors: TuttoJuve

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280