Il-midfielder ta’ Juventus Claudio Marchisio temm il-vaganzi tiegħu qabel ippjanat biex kien minn tal-ewwel li rritorna lura lejn Turin għat-taħriġ.

Fil-fatt ilbieraħ Marchisio kien qed jitħarreġ f’Vinovo qabel sħabu kollha hekk kif ir-ritorn għat-taħriġ tal-plejers ta’ Juventus kien illum.

Marchisio rritorna għal-logħob kontra Benevento wara madwar xahrejn li matulhom kien wieqaf minħabba injury.

Sors: Il Corriere dello Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280