L-attakkant ġdid ta’ Juventus, Cristiano Ronaldo, impjega miegħu lil bint l-aġent Jorge Mendes biex tkun il-manager personali tiegħu għall-midja soċjali.
Jingħad li din il-ħatra ġdida hi r-raġuni wara ż-żieda sostanzjali ta’ attività tal-plejer Portugiż fuq il-midja soċjali. Skont rapporti fil-midja, Marisa li għandha 25 sena, fil-passat riċenti kienet f’relazzjoni mal-istess Cristiano Ronaldo. Madankollu t-tnejn li huma kienu ċaħdu dawn ir-rapporti.
Inkredibbli x-xnigħat dwar il-paga tagħha hekk kif jingħad li Marisa qed taqla’ mal-kwart ta’ miljun euro għal kull post ġdida li tippubblika fuq Twitter.
Sors: Il Corriere dello Sport
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com