L-akkwist ta’ Cristiano Ronaldo minn Juventus fetaħ orizzonti ġodda għall-klabb ta’ Turin hekk kif fl-aħħar sigħat ġie ffirmat ftehim ta’ kollaborazzjoni maċ-China Merchants Bank.
Dan il-ftehim, l-ewwel wieħed għal dan il-bank fix-xena sportiva, se jwassal biex jinħarġu cards li bihom isir il-ħlas u li huma mżejna b’tema Juventina. Dan apparti numru ta’ skontijiet relatati ma’ prodotti uffiċjali ta’ Juventus.
Wara l-ispettaklu li offra Ronaldo fl-aħħar jiem fiċ-Ċina, mhux ikun eskluż lanqas li l-Portugiż jintuża wkoll bħala testimonial ta’ eċċellenza biex isaħħaħ dan il-ftehim.
Sors: TuttoJuve
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com