Id-difensur ta’ Ħamrun Spartans Cristian Zaccardo tkellem mal-midja fl-Italja fejn faħħar lil Juventus u l-plejers tal-klabb.
“Xtaqt li l-kampjonat ma jintemmx hawn, imma Juventus mill-ġdid qed jikkonfermaw li huma skwadra ta’ kategorija ogħla mill-kumplament. Juventus huma destinati biex jirbħu mill-ġdid, minkejja t-tajjeb kollu li qed jagħmlu Napoli. Iżda dawn tal-aħħar, issa għandhom bżonn miraklu,” iddikjara Zaccardo.
Kompla li “kliem Sarri wkoll juri li l-klabb bħal donnu ċeda. Qisu jrid jgħid li iktar minn hekk ma jistax jagħmel u jidher li qed jikkuntenta bit-tieni post.”
Faħħar ukoll lil Paulo Dybala, li ddeskrivieh bħala “rebbieħ, it-top plejer tas-Serie A.”
Sors: Radio Onda Libera
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com