Cristiano Ronaldo s’issa kellu sehem dirett fi 19 minn 20 logħba ta’ Juventus, bejn assists u gowls. Apparti minn dan, s’issa diġà naqqax ismu fuq ħames rekords.

1. Minkejja li dam erba’ logħbiet biex skurja l-ewwel gowl, flimkien ma’ John Charles jinsab fl-ewwel post tal-klassifika tal-plejers li skurjaw 10 gowls f’14-il logħba.

2. Cristiano Ronaldo sar l-ewwel plejer fl-istorja li rebaħ 100 logħba taċ-Champions League. Ir-rebħa waslet fil-logħba kontra Valencia, fejn minkejja li ma skurjax, ta l-assist rebbieħ lil Mario Mandžukić.

3. B’karriera bejn Manchester United, Real Madrid u issa Juventus, Cristiano Ronaldo sar l-ewwel plejer li skurja 400 gowl fl-aqwa ħames kampjonati Ewropej. Sfortunatament għal Juventus, il-gowl tiegħu ma kienx biżżejjed fid-draw ta’ 1-1 kontra Genoa.

4. Il-Portugiż daħal fl-istorja ta’ Juventus bħala l-plejer li għaqqad 10 gowls f’kull kompetizzjoni fl-iqsar żmien. Il-gowl fir-rebħa kontra Spal kien l-10 wieħed personali ma’ Juventus wara biss 16-il logħba, biex qabeż lil Filippo Inzaghi (18), David Trezeguet (29) u Zlatan Ibrahimović (30).

5. Bil-penalty skurjat fid-derby kontra Torino, li ta r-rebħa lill-Bianconeri, Cristiano Ronaldo skurja l-5,000 gowl fl-istorja ta’ Juventus fis-Serie A.

Sors: Fox Sports

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280