L-attakkant Cristiano Ronaldo ilu biss ftit xhur ma’ Juventus, iżda diġà daħal fil-leġġenda tal-klabb hekk kif, bil-gowl tiegħu kontra Fiorentina, ittimbra ismu fuq rekord li kien ilu mwaqqaf 61 sena.
Kien fl-1957 li l-attakkant John Charles irnexxielu jiskurja 10 gowls fl-ewwel 14-il logħba tal-kampjonat, f’era fejn il-futbol kien ukoll wieħed differenti. Warajh, ħadd iktar ma rnexxielu jilħaq dawn in-numri importanti.
Attwalment Ronaldo jinsab ukoll fil-quċċata tal-klassifika tas-Serie għall-gowls skurjati, flimkien ma’ Krzysztof Piątek (li skurja penalty inqas minn Ronaldo) u fit-tielet post għall-ammont ta’ assists (4).
Sors: Opta
Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com






