L-effett Cristiano Ronaldo fuq Juventus qed jinħass ukoll fost it-tim mediku tal-klabb, bl-akkwist ta’ Javier Santamaria.
Il-fiżjoterapist Spanjol kien ilu 16-il sena jaħdem għal Real Madrid, u sa mill-akkwist tal-Portugiż mill-Merengues dan ħadem mill-qrib ħafna tiegħu.
Fl-aħħar jiem, u mingħajr ma tħabbar uffiċjalment, Santamaria beda jidher fil-grawnds ta’ Juventus, mill-ġdid jaħdem mill-qrib ta’ Cristiano Ronaldo.
Santamaria għandu esperjenza vasta f’dan ix-xogħol tant li saħansitra ħadem għat-tim nazzjonali tal-Portugall.
Sors: La Gazzetta dello Sport
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com