Jiem biss wara li tħabbar li Cristiano Ronaldo sar plejer ta’ Juventus, u ftit sigħat biss wara li ġie ppreżentat, l-attakkant Portugiż diġà mmarka l-ewwel rekord tiegħu mal-klabb.

Dan hekk kif fuq Instagram, l-ewwel ritratt ta’ Cristiano Ronaldo bil-flokk ta’ Juventus sar l-iktar ritratt sportiv li qatt kiseb reazzjonijiet (likes). Fil-fatt dan ir-ritratt għandu 10.4 miljun like, u għadhom qed jiżdiedu b’rata mgħaġġla.

Fil-lista tal-ewwel għaxra ta’ Instagram, Ronaldo jinsab ukoll fis-sitt u r-raba’ post b’ritratt mat-tfajla u ibnu u ieħor b’ritratt fejn ħabbar it-twelid ta’ ibnu rispettivament.

Fl-ewwel u t-tieni post wieħed isib lil Kylie Jenner b’ritratti ta’ bintha Stormi (17.9 miljun u 13.0 miljun like rispettivament) waqt li fit-tielet post hemm Justin Bieber bi 12.6 miljun like għat-tħabbira tal-għerusija ma’ Hailey Baldwin.

Forza Juve! #FinoAllaFine

A post shared by Cristiano Ronaldo (@cristiano) on

Sors: Instagram

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280