Ronaldo ġie mmultat is-somma kbira ta’ 18-il miljun Euro meta l-qorti Spanjola sabitu ħati li evada t-taxxa permezz ta’ kumpaniji offhsore bejn 2011-2014.

Il-każ ġie miftuħ f’Ġunju li għadda, meta l-esperjenza ta’ Ronaldo ma’ Real Madrid ġiet fi tmiemha. Fortunatament, minħabba kondotta nadifa, Ronaldo ġie eżentat minn żmien f’ħabs.

Huwa deher dieħel il-qorti mat-tfajla Georgina Rodriguez wara li ġie rrifjutat li jagħmel konferenza fuq TV diretta minn Turin.

Xabi Alonso ukoll huwa mifhum li se jkun mressaq il-qorti fuq każijiet simili.

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280