F’kumment qasir wara li rebaħ l-unur tal-aqwa goalkeeper tal-istaġun mill-UEFA, Gianluigi Buffon sostna li s-sigriet tas-successi li kiseb huma l-umiltà u li dejjem baqa’ għatxan għar-rebħ.
“Ninsab vera kburi li ta’ 39 sena rbaħt dan l-unur. Is-sigrieti ta’ dan kollu huma l-umiltà u li dejjem bqajt ħerqan biex nirbaħ l-unuri. Dawn huma l-fatturi li tawni l-għajnuna biex nibqa’ nilgħab fl-ogħla livelli.”
Sors: UEFA
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com