F’intervista li ta, l-eks Juventin Diego tkellem dwar ir-rispett kbir li għad għandu lejn Juventus.

“Kull meta nista’ nsegwi lil Juventus. Għandi rispett u mħabba għal dan il-klabb li dejjem kellu mentalità rebbieħa. Fost l-ikbar klabbs fl-Ewropa u fid-dinja, ” iddikjara l-plejer li llum jilgħab għal Flamengo.

Fl-2009, Juventus kien irnexxielhom jakkwistaw lil Diego minkejja l-interess minn Bayern München u Real Madrid.

“Dejjem ħlomt li nilgħab għal Juventus. Liem Brażiljan ma jixtieqx jilgħab għal klabb hekk fantastiku? Li kieku kelli nerġa’ mmur lura fiż-żmien, kont nerġa’ nagħżel lil Juventus u l-offerti li kelli nerġa’ nirrifjutahom. Meta kont ma’ Juventus dejjem kont interessat biss li niddefendi dawk il-kuluri. L-uniku ħaġa li forsi kont inbiddel, kien il-mument li ħallejt lil Juventus,” temm jgħid Diego.

Sors: TuttoJuve

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280