Iktar kmieni, Juventus ippubblikaw il-kontijiet tal-ewwel semestru tas-sena 2018/2019. Meta jitqabblu, nistgħu naraw żieda sostanzjali fejn jidħlu assi tal-klabb. F’Diċembru rajna żieda ta’ €145 miljun ewro f’reġistrazzjoni ta’ plejers u żieda ta’ influss ta’ flus fejn jidħlu transfers għal €17-il miljun ewro.

Inkluż ma’ dawn il-fatturi nsibu wkoll cash equivalents, assi ta’ sigurtà f’terminu qasir b’żieda ta’ €20m minn Ġunju 2018. Fil-preżent l-assi ta’ Juventus ġew jiswew kważi biljun ewro, għall-ammont ta’ €937 miljun, żieda ta’ €164 miljun minn Ġunju 2018.

Min-naħa l-oħra, Juventus għamlu qligħ ta’ €40 miljun imqabbla mal-ewwel nofs tas-sena 2017/2018 b’żieda mill-influss fil-bejgħ ta’ biljetti (+€8 miljun), drittijiet ta’ liċenzja tal-media u TV (+€15 miljun), influss minn sponsorships (+€18-il miljun), żieda minn bejgħ ta’ prodotti (+€11-il miljun). Madankollu, rajna nuqqas ta’ €18-il miljun fejn jidħol bejgħ ta’ plejers.

Żieda qawwija fl-ispejjeż ġiet ikkalkulata fix-xiri ta’ prodotti li jkunu mibjugħa b’żieda ta’ €6 miljun minn Diċembru 2017. Dan huwa frott il-bejgħ ta’ prodotti li saru fl-ewwel nofs tas-sena 2018. Żieda wkoll ta’ €38 miljun fi spejjeż għal pagi ta’ players meta kkumparat ma’ nofs l-ewwel sena tal-istaġun li għadda.

Filwaqt li f’Diċembru tal-2017 Juventus għalqu bi €43 miljun fi profitt, fl-2018 Juventus għalqu bi profitt ta’ €7 miljun.

Skont id-dokument li ġie ppubblikat, il-bord stqarr li għalkemm is-sena 2018/2019 ħa tispiċċa b’telf, f’każ li Juventus jibqgħu javvanzaw fiċ-Champions League jista’ jsarraf biex Juventus jnaqqsu t-telf b’mod konsiderevoli.

Sors: Juventus

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280