“Id-diriġenza ta’ Juventus taf kif għandha takkwista plejers, u fil-mument li jintgħażel il-plejer, it-trasferiment iseħħ u jiġi ttrattat bħala parti mill-familja. Fi ħdan Juventus sibt familja u l-familja Juventina nħoss li hi l-iktar ħaġa importanti. Mod ġdid li tgħallimt ngħix.”

Iddikjara dan il-Brażiljan Douglas Costa f’intervista fejn faħħar ukoll lil Massimiliano Allegri bħala “persuna b’passjoni kbira għall-fażi difensiva. Din hi xi ħaġa importanti għalija għax jien ukoll inħobb nappoġġja l-fażi difensiva. Għamlitni plejer iktar komplet.”

Kompla wkoll li wara sitt xhur li ħa biex adatta, issa laħaq il-massimu u jemmen li din is-sena se tkun waħda speċjali anke fuq livell personali.

Mistoqsi dwar Ronaldo, Costa qal li “l-plejer jinsab fl-aqwa tiegħu u l-għażla ta’ Juventus turi li xtaq jagħmel qabża għall-aħjar biex jgħolli l-livell tiegħu u jgħolli wkoll il-livell ta’ Juventus. Ronaldo hu plejer importanti ħafna, bħalma hu Dybala. Ilkoll ilqajnieh għax nafu kemm jista’ jgħinna nikbru.”

Sors: Italian Football TV

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280