Sa ftit tal-ġimgħat ilu, Douglas Costa kien qed jitħarreġ mal-eks plejer ta’ Juventus Arturo Vidal ma’ FC Bayern München.
Ma jistax jonqos għalhekk li l-Brażiljan ħa l-parir ta’ Vidal meta waslet l-opportunità li jingħaqad mal-klabb ta’ Turin. Ma’ Il Corriere dello Sport, jispjega x’qallu Vidal.
“Arturo hu ħabib kbir tiegħi. Spjegali kemm Juventus hi soċjetà kbira u kemm hi segwita mad-dinja kollha,” iddikjara Costa.
Ikkonferma wkoll li minbarra Juventus, kien mixtieq ukoll minn Manchester City. “Għandi rabta ma’ Pep Guardiola, imma wara li ħdimt miegħu fil-passat, xtaqt esperjenza ġdida, nesperimenta mod differenti ta’ logħob u opportunità li nitgħallem affarijiet ġodda.”
Faħħar ukoll lil Massimiliano Allegri. “Miegħu nitkellem ħafna. Jaf bil-potenzjal tiegħi u għalija importanti li nħossni fdat. Sibt ruħi komdu mal-iskwadra u l-kowċ. Imma jien dejjem kelli rapport tajjeb ma’ kull kowċ li ħdimt miegħu, inkluż Ancelotti, li bqajna ħbieb, avolja ftit kont nilgħab.”
Sors: Il Corriere dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com