Il-Brażiljan Douglas Costa kellu kliem ta’ tifħir għal Juventus ftit jiem qabel il-logħba importanti kontra Roma.

“Kuljum titgħallem xi tfisser li tkun ma’ Juventus. Din hi skwadra b’saħħitha ħafna. Fuq livell ta’ formazzjoni, tilgħabha sew ma’ Barcelona u ma’ Real Madrid bi wħud mill-aqwa plejers fid-dinja. Dan hu klabb fantastiku.”

Kompla li hu, kif ukoll Bernardeschi, Matuidi u Bentancur għadhom plejers ġodda li qed jaħdmu ħafna biex ikomplu jitgħallmu u jitjiebu tattikament.

Sors: Sky Sport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280