Il-każ tal-allegat abbuż li Kathryn Mayorga qed takkuża lil Cristiano Ronaldo bih għadu jiddomina l-midja internazzjonali, b’diversi siti li qed jieħdu r-reazzjonijiet minn persuni differenti.
Fost dawn, tkellem ukoll Rocco Siffredi, Taljan li bena karriera u sar famuż għal filmati u films espliċiti relatati mal-industrija tas-sess. Hu wkoll ma jemminx l-akkużi fil-konfront tal-attakkant ta’ Juventus.
“Hu impossibbli li tfajla tiġi stuprata bil-mod kif qed tiddikjara Mayorga. Dak li qed tiddikjara hu diffiċli li wieħed iwettqu anke jekk ikun konsenswali u jkun hemm il-koperazzjoni taż-żewġ partijiet, aħseb u ara,” stqarr Siffredi.
Kompla li ma jemmen qatt fi stejjer bħal dawn, “b’persuna famuża u tfajla li tħoss li ġiet vjolentata. Hu rarissimu li l-affarijiet ikunu ġraw kif dikjarat … jiġifieri li jkun hemm vjolenza pura minn mostru. Ma nemminx li Ronaldo hu mostru li vvjolenta lil xi ħadd.”
Sors: Radio 24
Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Cagliari, Manchester United, Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt
Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com