Il-partita bejn Sassuolo u Juventus hija sinifikanti għall-istilla Arġentina ta’ Juventus Paulo Dybala wara li qed jiċċelebra l-100 logħba tiegħu mal-klabb Juventin.

Wara li ċċelebra dan it-tragward, kien jonqos iċ-ċirasa fuq il-kejk għal dan il-plejer għaliex permezz tal-gowl li skurja fl-ewwel taqsima, Dybala skurja l-50 gowl tiegħu bil-flokk abjad u iswed.

Din l-istatistika turi li l-ġojja Juventina skurja medja ta’ gowl kull 2 partiti għal Juventus.

 

Aġġornament: (Fid-49 minuta, Paulo Dybala għaqqad id-doppjetta tiegħu, u allura wara li nkiteb dan l-artiklu).

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com