Wara l-partita tas-Serie A tal-weekend li għadda, l-aħbar prinċipali li qed tiddomina fl-Italja hija rigward Allegri u Dybala.

Dan tal-aħħar fil-partita kontra Udinese ġie sostitwit fit-tieni taqsima u din l-istess sostituzzjoni ma tantx niżlet tajjeb.

Il-cameras qabdu lil Dybala jinsulta bl-Ispanjol lil Allegri. Dan l-inċident ġie rrappurtat minn Sky Sport Italia u Rai Sport.

Madankollu jidher li mhux se jkun hemm riperkussjonijiet. Dan għaliex Allegri, meta mistoqsi mill-ġurnalisti, iddikjara li m’hemm l-ebda każ.

Sors: Sky Sport Italia

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280