Il-mument maġiku ta’ Paulo Dybala qed ikompli għaddej.

L-istilla Arġentina reġa’ kien protagonist fil-partita kontra Torino fejn skurja 2 goals biex b’hekk issa tella’ l-ammont tiegħu għal 10 goals u jinsab fil-quċċata tat-topscorers.

Permezz ta’ dawn il-goals, Dybala rnexxielu jiskurja fl-ewwel 6 partiti tal-kampjonat biex b’hekk sar l-ewwel plejer li rnexxielu jagħmel hekk wara 59 sena.

L-aħħar plejer li rnexxielu jagħmel dan kien Antonio Angelillo fl-1958 fejn kien skurja 13-il goal fl-ewwel 6 partiti.

Sors: La Stampa

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com