Il-captain ta’ Juventus Gianluigi Buffon tkellem għall-ewwel darba rigward id-deċiżjoni tal-klabb li jagħti l-famuż numru 10 lil Paulo Dybala.

Huwa sostna li jaqbel ma’ din id-deċiżjoni għaliex jemmen li dan il-plejer ħaqqu li jilbes dan in-numru.

“Li tagħti n-numru 10 lil plejer bħal Dybala huwa sinjal sabiħ, però se titfa’ iktar responsabbiltà fuq spallejh. Bit-talent li għandu, żgur li huwa xieraq li jilbes dan in-numru prestiġġjuż u nemmen li m’hemm ħadd ideali iktar minnu biex jonorah.”

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280