Episodju mhux tas-soltu fl-Ingilterra hekk kif l-eks Arsenal Sanchez Watt tkeċċa meta rrepeta ismu lir-referee.

Jirriżulta li l-plejer ta’ Hemel Hempstead Town ġie mistoqsi għal iktar minn darba mir-referee Dean Hulme biex jidentifika ruħu. Kull darba, il-plejer irrepeta ‘Watt’.

Iżda r-referee ħasbu qed jgħaddih biż-żmien u jgħidlu ‘What?’ sakemm qabżitlu u wrieh il-karta l-ħamra. Iżda wara ftit ħin kollox ġie ċċarat, u l-ħamra diretta nbidlet f’safra.

Sors: Independent

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280