L-eks plejer ta’ Juventus u preżentement plejer ta’ Boca Juniors Carlos Tevez ħabbar li se jkun qed jirtira mix-xena tal-futbol fl-aħħar tal-istaġun li ġej hekk kif jispiċċalu l-kuntratt preżenti mat-tim Arġentin.

“Se nkun qed nirtira mill-futbol meta l-kuntratt tiegħi ma’ Boca jispiċċa fl-aħħar tal-istaġun li ġej. Meta tlaqt lil dan il-klabb biex immur ma’ timijiet oħra kont ħassejt ħafna n-nuqqas tiegħu iżda din id-darba mhux se jiġri l-istess għax se nkun qed nirtira b’dan il-flokk tant għal qalbi.”

Sors: Canal 13

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280