Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom, Juventus ħabbru li Emre Can se jkun qed jagħmel operazzjoni fil-glandola tat-thyroid.

Għalkemm din l-operazzjoni mhijiex waħda serjissima, Emre Can xorta mistenni jdum ftit żmien barra, hekk kif huwa għandu jdum bejn jumejn u tlett ijiem biex ifiq mill-operazzjoni u xahar ieħor biex ikun jista’ jerġa jibda jilgħab.

Għaldaqstant, b’din il-waqfa, Emre Can se jkun qed jitlef il-logħba mistennija ta’ għada, kif ukoll il-logħba kontra Milan fil-11 ta’ Novembru.

Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Cagliari, Manchester United, Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280