Il-midfielder ta’ Liverpool Emre Can jidher determinat li jżomm kelmtu ma’ Juventus hekk kif fl-aħħar sigħat diversi sorsi rrappurtaw li rrifjuta żewġ offerti oħra.

Can, li l-kuntratt tiegħu ma’ Liverpool jiskadi f’Ġunju u li mistenni jingħaqad b’xejn ma’ Juventus, jidher li xejjen l-interess ta’ Manchester City u FC Bayern München.

Fl-aħħar jiem intqal li Juventus bagħtu l-kuntratt għand l-aġenti tiegħu bl-iskop li jiffirma kemm jista’ jkun malajr u b’hekk ikun evitat li klabbs rivali jidħlu għalih.

Sors: Calcio News 24

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280