Il-Kumitat tal-Juventus Club Doc Malta Cuore Bianconero bi pjaċir iħabbar lill ESS – Electrical Supplies & Services Ltd bħala sponsors ewlenin għas-snin li ġejjin.

Hekk kif nidħlu fis-sede l-ġdida tal-Juventus Club Doc Malta Cuore Bianconero, il-membri se jkunu jistgħu jgawdu diversi prodotti fornuti minn din il-kumpanija.

Il-kumpanija ESS tipprovdi servizzi għal stabbilimenti kummerċjali, residenzjali u għas-settur inġenerali fejn jidħol prodotti relatati mal-elettriku. L-istess kumpanija toffri għażla varjata ta’ oġġetti li jistgħu jintużaw fuq barra, bħal ġonna, btieħi, faċċati u bjut.

Il-klabb jirringrazzja lit-tmexxija ta’ ESS tal-fiduċja u s-servizz li offrew.

Għal aktar informazzjoni tista’ żżur is-sit www.ess.com.mt