Il-kummentatur rinomat Fabio Caressa ddikjara li l-attakkant Arġentin Paulo Dybala mhux fenomenu u li l-injury tiegħu hi aħbar tajba għal Juventus u ġiet fiż-żmien ideali.

“Li kieku ma ġratx din l-injury, nemmen li Dybala kien se jibqa’ jilgħab minkejja prestazzjonijiet ħżiena, inkluż f’partiti importanti. Għal Allegri hemm biss attakkant ċentrali wieħed, Gonzalo Higuaín. Dybala hu s-sostitut tiegħu u biex jilgħab, Allegri kien qed ikollu jbiddel il-formazzjoni.”

Kompla li “l-injury se tiffavorixxi lil Allegri, għaliex issa jista’ jkollu ekwilibru. Ħadd ma jieħu gost b’injury, imma aħjar issa milli f’mument ieħor.”

Caressa qal ukoll li “Dybala mhux iżjed l-iktar plejer importanti ta’ Juventus. Dak hu Mario Mandžukić u warajh hemm Gonzalo Higuaín, kif ukoll Khedira, Matuidi, Chiellini u Pjanić. U fuq kollox hemm bżonn nieqfu niġġudikaw plejer bħala fenomenu wara nofs kampjonat. Sakemm ma jgħaqqadx 20 gowl f’kampjonat, jibqa’ plejer mill-aqwa.”

Sors: Sky Sport 24

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq marketing@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280