“Ibni minn dejjem kien joħlom li nġiblu lill-idolu tiegħu, Cristiano Ronaldo, ma’ Juventus. Dejjem għidtlu li kienet impossibbli.”
Iddikjara dan Fabio Paratici, li żvela kif xi snin ilu kellu jixtri flokk ta’ Cristiano Ronaldo, tal-Portugall, biex jikkuntenta lil ibnu.
“Kien jilbes il-flokk tiegħu, dejjem. Kull sena kien isaqsini għaliex ma nixtrux lil Ronaldo ma’ Juventus. Kont nirrispondih li impossibbli. Meta ġie ma’ Juventus, dar lejja u qalli: ‘Int m’għidtlix li impossibbli?’ U ma kellix tweġiba għalih,” iddikjara Paratici.
Hu mill-ġdid ikkonferma dak li qal l-aġent Mendes, li kollox beda meta saru diskussjonijiet għal João Cancelo. “Mendes qalli li mhux se nemmnu li Cristiano ried jiġi magħna. Għidtlu li nemmnu, imma li se tkun diffiċli.”
Sors: Sky Sport
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com






