Minkejja l-interess li kien hemm minn Juventus għal Douglas Costa u anke jidher li kien intlaħaq ftehim mal-plejer, jidher li ż-żewġ objettivi ewlenin ta’ Juventus għal dan is-suq ta’ trasferimenti huma Federico Bernardeschi u Danilo.

Diversi sorsi ġewwa l-Italja qed isostnu li s-somma offruta għal Bernardeschi se tkun ta’ €40 miljun iżda mhux eskluż li parti mit-trasferiment ikun inkluż plejer ta’ Juventus. L-objettiv l-ieħor huwa Danilo li mistenni jieħu post Dani Alves. L-ewwel offerta ta’ Juventus kienet ta’ €15-il miljun u d-diskussjonijiet bejn iż-żewġ naħat dwar dan il-plejer bdew minnufih.

Sors: TuttoJuve

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280