L-eks attakkant ta’ Juventus Fernando Llorente tkellem dwar kemm kienet diffiċli meta ġie biex iħalli l-klabb ta’ Turin.

“Hu diffiċli tħalli lil Juventus. Ħriġt minn Vinovo nibki. Dak li qal Trezeguet hu minnu, jiġifieri li tirrealizza dak li verament għandek meta tiġi biex tħalli l-klabb. Nimmissja ħafna lil dan il-klabb, nirritorna li kieku jkolli ċ-ċans għax hu klabb speċjali, enormi iżda xorta waħda tħossok f’familja.”

Hu kien mistoqsi dwar ir-ritorn tiegħu, din id-darba kontra Juventus: “Ċert li se tkun sensazzjoni mill-isbaħ. Għext mumenti mill-isbaħ f’Turin, il-partitarji sal-lum għadhom juruni rispett. Jagħmluni nħossni importanti qisni domt hemm għaxar snin, u mhux sentejn,” iddikjara Llorente.

Filwaqt li faħħar lil diversi plejers Juventini, fosthom Chiellini, iddikjara li minn Turin irid jakkwista flokk ta’ Paulo Dybala biex itih rigal lil ibnu li għandu sena u disa’ xhur.

Sors: Tuttosport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280