Hekk kif ilbieraħ ittellgħet is-serata tal-awards ta’ FIFA, sar magħruf li l-leġġenda Lionel Messi ta l-voti tiegħu lil żewġ Juventini f’żewġ kategoriji differenti.

Fil-kategorija tal-aqwa kowċ, Messi vvota lill-kowċ attwali tiegħu Ernesto Valverde, segwit minn Pep Guardiola, bit-tielet post itih lil Massimiliano Allegri.

Messi vvota wkoll lil Cristiano Ronaldo għall-unur tal-aqwa plejer. L-ewwel vot hu tah lil Luka Modrić, segwit minn Kylian Mbappé u l-attakkant Portugiż ta’ Juventus. Ronaldo spiċċa fit-tieni post, wara l-Kroat, b’19.08% tal-voti.

Sors: FIFA

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280