Atmosfera mill-isbaħ fost il-plejers Juventini li bħalissa jinsabu fl-Istati Uniti għall-International Champions Cup.

Dan hekk kif ittella’ filmat onlajn li juri lill-akkwisti ġodda Mattia De Sciglio, Douglas Costa, Rodrigo Bentancur u Wojciech Szczęsny bilwieqfa fuq siġġu u jkantaw fost l-ewforija ta’ sħabhom ġodda.

Jidher li din hi tradizzjoni ta’ Juventus, li f’waħda mill-ewwel attivitajiet soċjali tal-grupp, l-akkwisti l-ġodda jridu jkantaw lil sħabhom.

Sors: Instagram

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280