Id-difensur internazzjonali tal-Ġermanja kompla mat-tradizzjoni, u bħall-akkwisti ġodda ta’ Juventus, kellu jagħżel kanzunetta u jkantaha quddiem sħabu.
Höwedes għażel li jkanta ‘Everything’s Gonna Be Alright’ ta’ Bob Marley, bil-mobile f’idu biex isegwi l-kliem.
Kien propju Paulo Dybala li mal-wasla ta’ Höwedes f’Turin, fuq Twitter fakkru li issa se jkollu jkanta.
Sors: Youtube
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com